Il-grupp tal-hip hop Malti Kapitlu Tlettax inedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Int Kollox’.
Int Kollox hija s-sitt u l-aħħar rilaxx għas-sena 2022. Il-kanzunetta għandha produzzjoni ta’ Cyprian Cassar minn Somnio Recording Studios, bi promozzjoni t’Ironic PR & Artist Management.
Għall-ewwel darba fl-2022, Kapitlu Tlettax mhux qiegħed jikkolabora ma’ ħadd u għaldaqstant kemm il-kant, kif ukoll il-partijiet hip hop huma interpretatati minn Joseph Mario Calleja, il-wiċċ ta’ Kapitlu Tlettax.
Għalkemm dan huwa l-aħħar rilaxx tal-2022, il-grupp tal-hip hop Kapitlu Tlettax ġa qiegħed jippjana qatiegħ għas-sena 2023, fejn għat-tieni sena konsekuttiva ħa jkunu semifinalisti ta’ Mużika Mużika – Festival Kanzunetta Maltija. Wiċċ B’Ieħor hija kollaborazzjoni ma’ Julie Pomorski, b’lirika ta’ Emil Calleja Bayliss u Joseph Mario Calleja, u kompożizzjoni ta’ Cyprian Cassar, Joseph Mario Calleja, Edward Magri u Julie Pomorski.
Wieħed jista’ jisma ‘Int Kollox’ fuq din il-link.
//= $special ?>