Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti joħorġu kontra Twitter

Tkompli l-kontroversja dwar id-deċiżjonijiet li qed jieħu Elon Musk minn mindu ħa taħt il-kontroll tiegħu Twitter.

Kemm l-Unjoni Ewropea u anke n-Nazzjonijiet Uniti ħarġu jikkundannaw id-deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ numru ta’ ġurnalisti milli jitfgħu tweets fuq il-pjattaforma ta’ Twitter.

Ġurnalisti minn New York Times, CNN u Washington Post huma fost dawk li ma jistgħux jużaw Twitter.

In-Nazzjonijiet Uniti tefgħet tweet fuq Twitter stess f’messaġġ għal Musk – li l-libertà tal-kelma m’għandix tkun injorata. Bl-Unjoni Ewropea qed tikkonsidra li ddaħħal sanzjonijiet fil-konfront tat-tmexxija ta’ Twitter.