Raġel ta’ 36 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin filwaqt li ġie ordnat jagħmel 60 siegħa xogħol fil-komunità wara li ammetta li kkawża fastidju lill-eks sieħba tiegħu, f’Novembru li għadda.
Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Gordon Schembri ġie akkużat u ammetta wkoll li segwa lill-vittma, ikkaġunalha biża’ li se juża vjolenza fil-konfront tagħha, li uża tagħmir elettroniku b’mod mhux xieraq kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon, Schembri tpoġġa taħt ordni ta’ trażżin għal tliet snin.
//= $special ?>