Ilkoll għandna nwettqu dmirna bl-aħjar mod possibbli. U nawgura li kulħadd jagħmel aktar sabiex jagħraf jagħmel dan.
Hekk sostna l-Kap tal-PN Bernard Grech waqt laqgħa mal-President tar-Repubblika George Vella, fejn awguralu li kulħadd jagħraf japrezza l-piż u l-awtorità tal-irwol li qed iġorr fuqu.
Bernard Grech wassal dan il-messaġġ meta fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta, George Vella kien qed jilqa’ lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż għall-iskambju tal-awguri li jsiru kull sena f’dan iż-żmien ta’ festi.
Bernard Grech, li kien akkumpanjat mis-Sinjura Grech, awgura li jkollna sena ġdida mimlija hena u paċi. Dan filwaqt li wassal l-awguri f’ismu, f’isem il-familja u f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Wara ….fil-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt, il-familja Grech iltaqgħet mal-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna. Preżenti kien hemm ukoll l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.
Bernard Grech awgura lill-Arċisqof sabiex matul dawn il-jiem jitnissel fil-poplu sens ta’ dmir lejn dawk l-aktar vulnerabbli, dawk li jsofru fis-silenzju u solitudni. Huwa awgura li l-poplu jkun ħanin ma’ dawk li sfortunatament jispiċċaw vittmi ta’ abbuż minn persuni partikolarment qrib tagħhom.
Apparti l-Kap tal-PN, anke t-tmexxija tal-partit u l-Grupp Parlamentari wasslu l-awguri tagħhom lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
Preżenti għand l-Arcisqof u ghand il-President, is-Segretarju Generali Michael Piccinino, il-Vici Kap Alex Perici Calascione u l-kumplament tal-amministrazzjoni tal-PN. Ftit qabel, skambjaw l-awguri taghhom l-Ispeaker Anglu Farrugia, id-deputati tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u tal-Grupp Parlamentari Laburista…li ukoll żaru lill-President tar-Repubblika u lill-Arċisqof.
