Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Tchouameni lest biex ikun disponibbli għal Franza

(Ritratt: EPA)

Franza se jaffrontaw lill-Arġentina għada fil-Lusail Stadium għall-finali tant mistennija kontra l-Arġentina. Jumejn ilu t-tim mediku Franċiż ikkonferma li numru ta’ plejers jinsabu dubjużi għall-finali minħabba virus li qiegħed jinxtered bejn il-plejers, madankollu illum il-Les Bleus kellhom aħbarijiet pożittivi hekk kif il-midfielder u l-qalba tat-tim Franċiż Aurelien Tchouameni jinsab f’kundizzjoni tajba bizzejjed biex jilgħab għada.

L-istilla ta’ Real Madrid kellu jitlef sessjoni ta’ taħriġ nhar il-Ġimgħa hekk kif kien muġuħ f’ġenbu, pero issa jinsab fiżikament lest għall-partita.

Tchouameni kien involut f’kull logħba s’issa fit-Tazza tad-Dinja, kif ukoll sab ix-xibka fil-kwarti finali kontra l-Ingilterra.

Din l-aħbar hija waħda meraviljuża għat-tim Franċiż hekk kif midfielder ieħor li lagħab parti kruċjali fl-avventura Franċiża, Adrien Rabiot ukoll jinsab dubjuż minħabba l-virus.