Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting (IWF) illum żvelat l-għaxar atleti eletti biex iservu bħala membri tal-Kummissjoni Atleti tal-IWF sal-Kungress Elettorali tal-2024 li se jsir wara l-Logħob Olimpiku fl-2024. Fost dawn insibu lil Weightlifter Maltija Yazmin Zammit Stevens.
L-elezzjoni saret bejn il-5 u s-16 ta’ Diċembru, flimkien mal-Kampjonati tad-Dinja tal-IWF tal-2022 f’Bogotá, il-Kolombja.
Kull atleta li qed jikkompeti kien eliġibbli biex jitfa’ l-vot tiegħu, billi għażel minn lista ta’ tmintax-il kandidat approvati mill-IWF’s independent Eligibility Determination Panel
Wara l-elezzjonijiet, l-IWF se tistabbilixxi standards ġodda għar-rappreżentanza tal-atleti billi jkollha tliet atleti fuq il-Bord Eżekuttiv tal-IWF u jkollha wkoll tliet atleti bħala membri sħaħ tal-vot tal-Kungress tal-IWF.
//= $special ?>