Coronavirus Lokali Saħħa

21 każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 21 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 5 persuni oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 811.

Bħalissa f’pajjiżna għandna 250 każ attiv ta’ Covid.