Lokali

Allarm falz wara li ħasbu illi daħlu numru ta’ immigranti

Kmieni dalgħodu, membri tal-AFM u l-Pulizija ssejħu fiz-zona ta’ Marsaskala wara informazzjoni li kienu daħlu numru ta’ immigranti. Iżda kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Net News li dan kien allarm falz.

Fiz-zona xorta waslu marru patrol boat u ħelikopter li għamlu tfittxijiet. Dawn irriżultaw fin-negattiv.