Internazzjonali

Iżrael: Avukat Palestinjan iddeportat lejn Franza

Il-Ministeru tal-Intern Iżraeljan iddeporta avukat għad-drittijiet umani wara li akkużah bħala theddida għas-sigurtà ta’ Iżrael. Salah Hammouri, Palestinjan ta’ nisel Franċiż spiċċa eskortat mill-pulizija sal-ajruplan li wasslu lejn Franza – u meta hu qed jiċħad kategorikament għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu,

Salah Hammouri ilu jgħix f’Ġerusalemm ħajtu kollha iżda, issa, tilef id-dritt għar-residenza f’dik il-belt wara li l-uffiċjali Iżraeljani akkużawh bħala membru ta’ organizzazzjoni terroristika.

Il-gruppi favur id-drittijiet umani kundannaw il-pass ta’ Iżrael, bil-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Barranin ukoll jesprimi diżappunt dwar id-deċiżjoni li skont hu ‘tmur kontra l-liġi’. Intant, il-Gvern Iżraeljan qed jgħid li Hammouri kien ‘organizza u pjana l-attakki terroristiċi kontra ċ-ċittadini kif ukoll kontra numru ta’ Iżraeljani magħrufa’.