Lokali

“Kien Robert Abela li qalli li l-programm se jitwaqqaf” – Manwel Cuschieri

Min ħadha d-deċiżjoni? Il-persuna li kkomunika lili kien il-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela”

Hekk sostna f’xandira fuq il-midja soċjali, l-eks xandar tal-magna propogandistika tal-Partit Laburista Manwel Cuschieri fejn saħaq li l-programm tiegħu ġie misruq. U insista li l-persuna li waqqfu kien il-Prim Ministru nnifsu – Robert Abela.

Il-ġimgħa li għaddiet Cuschieri stqarr illi tkeċċa għax ħareġ għonqu għall-eks Mexxej Laburista Joseph Muscat u għax tkellem favur id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar u minħabba f’hekk Robert Abela tajjarlu rasu.

Matul il-programm ħareġ ukoll kif darba minnhom kien qal li l-Gvern Laburista kellu jagħti l-flus kollha li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għaliex għejja jisma’ kritika dwar dan iżda l-Labour baqa’ ma tax dawn il-flus lin-nies li insterqu. Din kienet raġuni oħra li tawh għat-tkeċċija tiegħu.

Manwul Cuschieri esprima l-weġgħat li għandu u kixef  it-tensjoni li hemm preżentament fl-istazzjon ONE. Dan filwaqt illi saħaq li dan huwa “il-grazzi” li ngħata għal 30 sena sħaħ ta’ ħidma bla ħlas.

Fix-xandira li wassal, Cuschieri qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiżvela aktar ismijiet ta’ min ħadem kontrih u min ħadem favurih.

Intant b’reazzjoni għal dan il-filmat kien hemm bosta li tkellmu, inkluż l-eks preżentatur Laburista Norman Hamilton illi talab lil Joseph Muscat biex jiġi lura fit-tmexxija, għaliex il-“Moviment” għandu bżonn lil Muscat.