Talanqas għaxar pulizija tilfu ħajjithom f’attakk speċifiku fuq zona viċin il-belt ta’ Kirkuk, u meta l-uffiċjali Iraqqin qegħdin iwaħħlu fit-terroristi tal-ISIS anki jekk l-ebda grupp ma assuma responsabbiltà.
L-aggressuri wettqu numru ta’ sparaturi u splużjonijiet fis-sit tal-attakk li jinsab kważi 300 kilometru ‘il bogħod minn Bagdad. Dan meta fl-aħħar jiem żdiedu l- indikazzjonijiet li l-ISIS qed jerġa’ ikun attiv fil-pajjiż wara ħafna żmien.
Ir-rapporti qalu li ‘bomba tat-terroristi’ qerdet trakk mimli bil-pulizija qrib il-villaġġ ta’ Chalal al-Matar u li l-qawwiet tas-sigurtà irnexxielhom joqtlu numru ta’ aggressuri. Ingħad ukoll li l-istess qawwiet qegħdin ifittxu ‘għat-terroristi li ħarbu mill-inħawi’.
L-ISIS, snin ilu, kien qed jikkontrolla diversi reġjuni fl-Iraq u s-Sirja fejn impona t-tmexxija brutali tiegħu fuq kważi tmien miljun ruħ. U waqt li l-qawwiet Iraqqin iddikjaraw rebħa fuq il-militanti Iżlamiċi f’Diċembru tal-2017, qed jidher li l-grupp, fil-preżent, qed jisfrutta n-nuqqasijiet fis-sistema tas-sigurtà fl-Iraq biex jorganizza mill-ġdid l-attakki terroristiċi,
//= $special ?>

