Segwi hawnhekk l-intervista flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech.
Il-PN li jemmen fil-ħajja, jemmen fil-professjonisti mediċi
Dan huwa dak li qal il-Kap tal-PN Bernard Grech tul intervista li kellu l-Ħadd filogħdu fejn l-Kap tal-PN fakkar kif Gvern Laburista nganna lin-nies hekk kif wara li qal li mhux se jkun qed idaħħal l-abort f’pajjiżna, issa qed jagħmel dan minn wara dahar kulħadd. Iżda l-PN se jibqa’ jaħdem favur il-ġid tat-trabi fil-ġuf, l-ommijiet, it-tobba u l-ħajja hekk kif hu favur il-ħajja, mill-konċepiment sal-mewt, u t-Tnejn fil-Parlament il-PN se jivvota favur il-ħajja ta’ kulħadd u għalhekk konta din l-emenda fil-liġi li se tkun qed iddaħħal l-abort f’pajjiżna.
Il-Kap tal-PN qal li l-Prim Ministru li qed qed jinjora s-soċjetà, hekk kif b’din il-liġi li jrid idaħħal Robert Abela se jkun qed idaħħal l-abort. Beranrd Grech qal li din il-liġi Abela missu rtiraha.. għax qed jara li hemm ħafna li mhux jaqblu miegħu.
PN li bil-politika tiegħu se jgħin lil kull faxxa tas-soċjetà
Mistoqsi dwar l-isfidi, tal-persuni li jinsabu f’riskju ta’ faqar, il-Kap tal-PN qal li f’dawn l-aħħar 10 snin, in-nies li jinsabu f’riskju ta’ faqar żdied.
Bernard Grech qal li l-politika tal-kwantità qerdet ħajjet is-soċjetà Maltija, l-ambjent, l-ammont tat-traffiku, il-periklu u l-kriminalità li qed isarrfu f’nuqqas ta’ sigurtà.
“Hemm bżonn politika onesta, għax min qed ibati, u min le, dak li jixraqlu. Jeħtieġ politika matura. Ma jistax ikun dan il-Gvern jibqa’ jwaħħal fl-affarjiet għall-isfidi li hawn, irid jaġixxi”
Il-PN jinsisti li l-gvern iħallas lura s-serq kollu fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma
Dwar is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, Bernard Grech qal li l-PN jerġa’ jinsab quddiem il-poplu Malti, fejn anki fil-Parlament, qed jiddefendi l-interessi tal-poplu Malti u jappella lill-gvern iwettaq ġustizzja mal-poplu. Huwa qal li dan is-serq kien konfermat mill-Qorti u issa l-Gvern Laburista qed jinjora l-karba ta’ dawk li nsterqu.
Il-PN huwa mibni fuq id-djalogu
Huwa fakkar kif il-PN kien dak il-Partit li mexxa lil pajjiżna ‘l quddiem, b’akkwisti kbar li tejbu ħajjitna. Huwa tenna li l-PN emmen fil-Kunsilli Lokali u għalhekk fl-aħħar jiem ppubblika dokument b’46 proposta studjata u spjegata fid-dettall, bl-għan li jtejjeb is-sistema tal-Gvernijiet Lokali.
“Hemm bżonn ta’ riforma, issa għandna dokument li se jkun qed issaħħaħ tassew lill-Kunsilli Lokali”
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit tad-djalogu, li jwettaq politika li titwieled min-nies u titwettaq biex ittejjeb il-ħajja tan-nies.
“Il-PN irid jimxi fuq l-onestà. Ma rridux poltika ta’ qerq bħal dik ta’ Robert Abela, aħna mhux se nidħqu bin-nies, bħal dak li jiġri dwar il-liġi tal-abort. Abela għandu lil kulħadd jgħidlu li dan hu abort, dawk kontra u dawk favur u qed jibqa’ jgħid li l-emenda fil-liġi mhux se ddaħħal l-abort. Aħna rridu politika ġenwina” – Bernard Grech
//= $special ?>