Lokali

‘Milied fil-Komunità’ – Inizjattiva mill-Pulizija biex jiżdied aktar l-għarfien

Tul il-jum tal-Ħadd fi Pjazza San Gorg fil-Belt Valletta, itellgħat inizjattiva mill-Pulizija ta’ Malta bl-isem ‘Christmas in the Community’ – eżebizzjoni li saret għat-tieni sena konsekuttiva, bl-għan li jiżdied aktar għarfien fuq ħidmet il-Korp tal-Pulizija.

Filfatt, permezz ta’ din l-attività, n-nies li żaru l-Kapitali setgħu jaqtgħu xi kurzitajiet fuq ix-xogħol tal-Pulizija minn diversi taqsimiet tal-korp, u tkellmu wkoll ma’ għadd ta’ Pulizija.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone

Net News tkellem ukoll ma’ diversi Pulizija li jagħmlu parti minn numru ta’ taqsimiet fi ħdan il-Korp, fejn spjegaw kemm hu importanti li l-komunità tattendi għal dawn l-avvenimenti li jsiru apposta sabiex jedukaw u jgħallmu lis-soċjetà kollha.  

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone

F’din l-attività, wieħed seta’ jikkontribwixxi billi jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund bil-Pulizija li tkellmu ma’ Net News saħqu li huwa importanti li l-ispirtu tal-Milied jinżamm is-sena kollha mhux biss f’dan  il-perjodu tal-festi biss, u l-għajnuna lil dawk il-persuni li preżentament għaddejjin minn xi diffikulta f’ħajjithom għandha tibqa’ tingħata dejjem.

Iltqajna wkoll ma’ diversi tfal fejn qasmu magħna l-esperjenza tagħhom tul din l-attività li permezz tagħha kompla jissaħħaħ l-għarfien dwar is-servizz komunitarju.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone