Sport Waterpolo

San Ġiljan u Sliema jibqgħu b’punti massimi u l-ewwel rebħa għal Neptunes u Marsaskala fl-Enemed Cup

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 17

SIRENS………………………………….. 7

(3-0), (7-2), (4-2), (3-3)

Dan kien suppost l-iktar konfront missielet mit-tielet ġurnata iżda San Ġiljan għamluha faċli għalihom infushom. Huma bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjoni, liema vantaġġ ikkonsolidawh u serrħu rashom mir-rebħa fit-tieni sessjoni.

Gowl ta’ Nikolai Zammit, doppjetta ta’ Matthew Zammit u tripletta ta’ Ben Plumpton kabbru l-vantaġġ għal 9-0. Sirens stejqru ftit meta kien tard wisq u skorjaw nofs l-okkażjonijiet ta’ superjorità numerika li kellhom, għalkemm San Ġiljan baqgħu jikkontrollaw il-logħba.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), A. Galea (2), G. Bonavia, M. Zammit (6), B. Plumpton (4), J. Bonavia (3), N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Cachia, J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (3), M. Azzopardi, M. Bonello Dupuis

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

VALLETTA IZIBET……………. 3

MARSASKALA ASC…………. 5

(1-1), (1-1), (1-1), (0-2)

Konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet dejjem ikun bilanċjat iżda fl-aħħar partiti kellu riżultat simili. Għal Marsaskala dan kien il-ħames konfront konsekuttiv li rebħu kontra Valletta Izibet, bl-aħħar rebħiet wasslu biex fis-sajf li għadda rebħu l-kampjonat u n-knock-out tal-Ewwel Diviżjoni.

Għal tliet sessjonijiet konsekuttivi, Valletta kellhom il-vantaġġ iżda f’kull okkażjoni Marsaskala wieġbu bil-gowl tad-draw. Kien fl-aħħar sessjoni meta Jean Claude Cutajar poġġa lill-Iskalin fil-vantaġġ minn penalty, b’David Pace Lupi jirdoppja l-vantaġġ lejn it-tmiem. F’din il-logħba ma skorjawx minn disa’ okkażjonijiet ta’ man-up u fallew penalty lejn it-tmiem.

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, T. Said, J. Cassar, S. Busuttil (2), J. Pace Mizzi, Z. Micallef (1), S. Micallef, A. Agius, M. Demarco, J. Chircop, M. Xerri

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), G. Galea, M. Agius, R. Greco, E. Bilgrin, K. Navarro, D. Tully (1), D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (1), A. Muscat

Referees: Neville Mercieca, Peter Balzan

SLIEMA FRANK SALT……… 15

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 8

(4-2), (1-3), (4-1), (6-2)

Sliema Frank Salt baqgħu b’punti massimi b’rebħa kif mistenni kontra Birżebbuġa Freeport. Is-Slimiżi kellhom il-kontroll tal-logħba minn kmieni iżda t-tim immexxi minn Pierre Borg kellu reazzjoni mill-aqwa fit-tieni sessjoni.

Dan għaliex irkupraw żvantaġġ ta’ 5-2 bi tliet gowls minn Mattias Ortoleva, Russell Spiteri u Peter Borg. Birżebbuġa saħansitra marru fil-vantaġġ fil-bidu tat-tielet sessjoni minn penalty ta’ Ortoleva. Reazzjoni minn Sliema waslet biex temmew is-sessjoni 9-6 u kabbru l-vantaġġ għal 12-6 sal-ewwel parti tal-aħħar sessjoni, liema vantaġġ komplew jikkontrollawh sat-tmiem.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea (4), K. Borg, B. Cachia (3), E. Schembri, M. Mifsud (2), J. Brownrigg (1), J. Gambin, Z. Mizzi, D. Zammit (4), A. Bugeja

Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech (1), N. Fenech, R. Mock, R. Spiteri (1), K. Grech, D. Farrugia, K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (4)

Referees: Richard Magri, Stefan Licari

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 11

EXILES WELBEE’S……………….. 4

(1-0), (2-1), (4-0), (4-3)

Tasal finalment l-ewwel rebħa għal Neptunes Videoslots wara żewġ telfiet. Jordan Camilleri fetaħ l-iskor bl-aħħar xutt tal-ewwel sessjoni. Wara li Matteo Martellacci ġab id-draw lejn nofs it-tieni sessjoni, Gabriel Pace minn man-up u Sam Gialanze minn penalty taw vantaġġ doppju lil Neptunes.

It-tim ta’ Dorian Pisani aċċerta mir-rebħa b’erba’ gowls konsekuttivi għal 7-1. Fl-aħħar sessjoni huma komplew jikkontrollaw, b’Exiles jirnexxilhom tal-anqas iżommu l-livell mal-avversarji.

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (3), G. Pace (2), L. Mallia, B. Zammit (1), M. Castillo, J. Camilleri (2), R. Galea, J. Bajada (1), E. Mallia, E. Bonnici (2), M. Farrugia

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, A. Farrugia, M. Martellacci (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti, N. Paris, D. Fenech (1), M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar

Referees: Stefan Licari, Richard Magri

Logħob li jmiss

Is-Sibt 14 ta’ Jannar: Exiles v San Ġiljan 2.30pm, Neptunes v Valletta 3.35pm, Sirens v Sliema 4.40pm, B’buġa v M’skala 5.45pm

Kif Jinsabu

                             L       R       D       T       F       K       Pti

San Ġiljan             3        3        0        0        48      17      9

Sliema                  3        3        0        0        44      18      9

Sirens                   3        2        0        1        32      35      6

Neptunes             3        1        0        2        29      26      3

Birżebbuġa          3        1        0        2        25      34      3

Exiles                   3        1        0        2        20      30      3

Marsaskala          3        1        0        2        16      35      3

Valletta                3        0        0        3        11      30      0