It-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena se tibqa’ fl-istorja wkoll bħala l-aktar edizzjoni prolifika b’total ta’ 172 gowl. Dan permezz tas-sitt gowls fil-finali mill-isbaħ bejn l-Arġentina u Franza. Dawn il-gowls wasslu biex inqabeż ir-rekord ta’ 171 gowl li ġew skorjati fl-edizzjonijiet tal-1998 u l-2014.
Franza spiċċat bħala l-aktar tim li skorja gowls f’dan l-aħħar kważi xahar b’total ta’ 16-il gowl. L-Arġentina temmet wara Franza bi 15-il gowl filwaqt li l-Ingilterra spiċċat il-kompetizzjoni bi 13-il gowl u lagħbet żewġ logħbiet inqas. Il-Portugall u l-Olanda huma ż-żewġ timijiet l-oħra li għaqqdu l-ewwel ħamsa bi 12 u 10 gowls skorjati rispettivament.
It-32 tim parteċipant irnexxielu jiskorja f’din l-edizzjoni iżda l-Qatar, il-Belġju, id-Danimarka, it-Tuneżija u Wales skorjaw darba biss qabel sfaw eliminati fil-fażi tal-gruppi.
//= $special ?>