Lokali

Fl-aqwa tagħhom il-festi tal-Milied fil-Belt Valletta

Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar it-toroq tal-Belt Valletta u ltaqa’ ma’ diversi Maltin u Għawdxin li niżlu fil-kapitali sabiex jlestu l-aħħar xiri ta’ rigali u fl-istess ħin igawdu l-atmosfera tal-festi, hekk kif ninsabu ftit ġranet biss il’ bogħod mill-Milied.

Waqt iż-żjara tiegħu fil-Belt Valletta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kellu l-opportunita’ jassisti wkoll ghall-wirja ta’ presepji li qed tittella’ f’Palazzo Ferreria.

Is-Sibt, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mill-mara tiegħu Anne Marie Grech, taw l-awgurju tagħhom lil bosta Maltin u turisti li ntaqgħu magħhom fit-toroq tal-Belt Valletta, filwaqt li appella sabiex f’dan iz-zmien tal-Milied, niftakru f’dawk in-nies li jinsabu waħedihom u noffrulhom ftit mill-ħin tagħna biex intaffulhom mid-dwejjaq u s-solitudni.

Apparti minn hekk…Bernard Grech innota li fil-Belt Valletta wieħed għadu jsib diversita’ ta’ ħwienet; fosthom dawk tradizzjonali u dawk li ilhom joperaw għal diversi snin, u saħaq li tajjeb li nappreżżaw il-ħidma tal-impjegati li f’dan iż-żmien ikunu ‘l bogħod minn djarhom sabiex jagħtu servizz.