Ta’ Xbiex telgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Luxol u Swieqi United wara li għelbu lill-Università ta’ Malta 8-2, b’din kienet is-sitt rebħa tal-istaġun għat-tim immexxi minn Daniel Brincat.
Il-gowls ta’ Ta’ Xbiex waslu minn erba’ gowls ta’ Karl Sciortino, doppjetta ta’ Melvin Borg u gowl kull wieħed minn Zvezdan Vukovic u Dylan Musu.
L-uniċi żewġ gowls tal-Università waslu minn gowl kull wieħed minn Aaron Montebello u Mohammed Elmari.
KLASSIFIKA – Enemed Futsal League:
Swieqi Utd, Ta’ Xbiex, Luxol 18, l-Universita’ ta’ Malta 12, Żurrieq, St George’s, Marsaskala 9, Fgura Utd 6, Malta U19 3, Malta Veterans 0
//= $special ?>