Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għall-organzzaturi tal-‘Wirja Ġrajjet il-Fidwa’ li qed jippreżentaw it-tielet edizzjoni tal- wirja għaż-żmien tal-festi tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu u li ġġib l-isem ta’ ‘Ġrajjet il-Fidwa fil-Milied’.
Din il-wirja tikkonsisti minn bosta statwetti kif ukoll bosta presepji statiċi b’settijiet ta’ pasturi fosthom sett pasturi xogħol il-mibki Salvu Bonello kif ukoll oħrajn tad-ditta ‘Landi’ filwaqt li din is-sena hemm esebiti wkoll għall-ewwel darba sett pasturi maħduma mid-ditta Spanjola ta’ ‘Montserrat Ribes’ fost oħrajn.
Qed tiġi esebita ukoll minjatura tal-purċissjoni tradizzjonali tal-Bambin li ssir nhar lejlet il-Milied u li tkun organizzata mis-Soċjetà tal-MUSEUM. Il-minjatura tikkonsisti minn bosta figuri maħduma mit-tafal tradizzjonali Malti xogħol ta’ Pawlu Muscat. Fost il-figuri li fiha din il-minajtura hemm tfal, daqqaqa, reffiegħa tal-fanali u l-bambin flimkien ma’ San Ġorġ Preca innisfu li kien hu li bedà din il-purċissjoni.
Ta’ nteress partikulari huma żewġ presepji li qed jiġu esebiti għall-ewwel darba din is-sena. L-ewwel presepju huwa kompletament fuq stil Malti, kemm kif inhu ambjentat kif ukoll il-pasturi. Huwa magħmul minn kappella, dar Maltija, salib tal-ġebel fuq kolonna kif ukoll passaġġ li jwassal għall-għar. Dan huwa xogħol mill-isbaħ maħdum mill-Bottega Brincat. Il-pasturi huwa xogħol Pawlu Muscat, artist rinomat u li qed iżomm ħajja t-tradizzjoni tax-xogħol fit-tafal, f’dan il-każ pasturi.
Presepju ieħor li huwa ta’ ċertu nteress huwa maħdum mill-presepista famuż Pawlu Piscopo. Piscopo li huwa mill-Furjana jaħdem għadd ta’ presepji b’tattika antika tal-ġibs. Dan il-presepju li ġie akkwistat sabiex jifforma parti minn din il-kollezzjoni, huwa maħsub li nħadem lejn nofs is-snin 80.
Il-ftuħ ta’ din il-wirja sar nhar is-6 ta’ Diċembru mis-Sindku tal-Fgura s-sur Pierre Dalli filwaqt li tbierket mill-Kappillan tal-Fgura Rev. Raymond Calleja O.Carm. Din il-wirja qed titellà ġewwa ċ-Ċentru Ċiviku tal-Fgura. Dan jinsab fi triq Hompesch u ser tibqà miftuħa sa nhar it-2 ta’ Jannar.
Matul il-ġimgħa tiftaħ mit-8.00am sal-4.00pm u s-Sibtijiet mit-8.00am sal-11.00am. Nhar id-19, 22, 26 u 29 ta’ Diċembru tiftaħ ukoll mill-5.30pm sas-7.30pm. Għal iktar informazzjoni wieħed jistà jżur il-profil tal-istess wirja fuq facebook li jġib l-isem ta’ ‘Ġrajjet il-Fidwa Wirjiet Sagra’.
L-organizzaturi qed jagħtu wkoll l-opportunita lil dawk li jixtiequ jżuru din il-wirja barra mill-ħinjiet msemijja sabiex jagħmlu appuntament minn qabel sabiex ikollhom ukoll iċ-ċans li jżuruha. Għall-istess wirja ġie ppublikat ukoll ktejjeb ta’ tifkira li jikkonsisti minn bosta artkili nteressanti fuq il-festi tal-Milied.
L-organizzaturi jieħdu din l-opportunita sabiex jirringrazzjaw lis-Sindku, Kunsilliera kif ukoll l-istaff tal-Kunsill Lokali tal-Fgura li mhux biss qed joffru l-post imma talli wrew magħhom koperazzjoni kbira f’ dawn l-aħħar jiem sabiex il-wirja tkun tistà ssir, filwaqt li jawguraw ukoll il-festi t-tajba lil kulħadd.
//= $special ?>