Il-Parlament sellem il-memorja tal-ex Ministru Laburista u ex Speaker tal-Parlament Daniel Micallef u fissru bħala politiku li emmen u pprattika l-prinċipji u l-valuri li dejjem emmen fihom.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fakkar lill-politiku Daniel Micallef u sellem l-ewwel diskors li għamel fil-Parlament fl-1962, liema diskors għadu relevanti għal-lum meta fl-1962 kien qed jisisti għal kwalità ta’ ħajja aħjar, għal aktar ġustizzja soċjali lejn il-persuni vulnerabbli u favur persuni li kellhom bżonn l-appoġġ.
Hu fakkar ukoll lil Daniel Micallef bħala politiku li wera dejjem dak li jemmen fih, fil-leħen u vuċi lil min hu vulnerabbli. u semma’ wkoll li Daniel Micallef daħal fil-politika biex iservi lil persuni vulnerabbli.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar f’messaġġ ieħor importanti li wassal meta kien qed iħossu intimitad biex jitkellem fil-Parlament, u meta kien fisser li kien kważi jistħi bil-kompartament ta’ wħud mill-politiċi – messaġġ li għadu validu għaż-żminijiet ukoll tal-lum. Barnard Grech fisser lil Daniel Micallef bħala politiku li kien lest li jiġġieled għar-rispett tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Fisser li dan ukoll għadu relevanti sal-lum u appella biex il-poplu jħares lejh il-Parlamet bħala t-tarka tad-drittijiet tiegħu.
Bernard Grech sellem il-memorja ta’ Daniel Micallef li ta servizz lill-Parlament u lill-politika Maltija u awgura li nibqgħu niftakru fil-memorja ta’ dan il-politiku.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fisser lil Daniel Micallef bħala politiku ta’ prinċipju, ta’ valur uman u li ma tantx tipprova tbiegħdu minn xi prinċipji tiegħu.
Hu qal li kien wara l-elezzjoni tal-1981 li Daniel Micallef ħareġ il-karattru sod meta għalkemm il-Partit Laburista kien ġab il-maġġoranza ta’ siġġijiet, ma kienx ġab il-maġġoaranza ta’ voti, bl-Oppożizzjoni tagħmel bojkott lill-Parlament. Kien f’dak iż-żmien li t-Tabib Daniel Micallef inħatar Speaker, elett ukoll fil-Parlament, fejn kien wera l-prinċipji ta’ sodezza meta kien strumentali biex l-Oppożizzjoni ħadet postha fil-Parlamemt u bdew taħditiet immedjati għal bidla fil-Kostituzzjoni. Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien li ma kinitx tidħol lura kieku ma kiex għas-sens ta’ dak li hu sewwa, u li kien jemmen fih Daniel Micalef.
Daniel Micallef ukoll wera f’ħajtu li kellu kellu karattru ta’ konvinzjoni meta ġie elett 1962, f’dik l-elezzjoni li baqget magħrufa bħala l-elezzjoni tad-dnub il-mejjet għax skont dakinhar, li tivvota għall-Partit Laburista kien dnub mejjet. Daniel Micallef hawnhekk kien ikkontesta mal-Partit ta’ Pellegrini u kien elett għalkemm kien irriżenja mill-Partit li kkotesta miegħu, u rriżenja wkoll minn deputat. Fl-elezzjoni tal-1971 kien ikkontesta mill-ġdid mal-Partit Laburista u baqa’ jkun elett. Kien ukoll maħtur Ministru.
Chris Fearne qal li lil Daniel Micallef jafu wkoll mhux bħala politiku biss, fejn spikkat il-ħidma tiegħu ta’ Tabib. Apparti l-politika u l-ambjent, kellu l-imħabba lejn il-famija li kien ikun dejjem imdawwar biha. Fisser li l-membri tal-familja tiegħu taw ukoll kontribut kbir lis-soċjetà grazzi dejjem għall-valuri li wera hu flimkien ma’ martu.
Is-Sedje wkoll sellmet lil Daniel Micallef u fissritu bħala politiku u tabib karismatiku li jibqa’ mfakkar bħala persuna li hu deċiż.
ReplyForward |