Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem favur il-ħajja minkejja li llum il-Parlament għamel pass ieħor biex jidħol l-abort f’pajjiżna kif irid Robert Abela.
Fil-mument tal-prova, Robert Abela u l-Membri Parlamenari tal-Partit Laburista għażlu l-abort minflok il-ħajja.
Wara l-vot ta’ llum, id-diskussjoni dwar dan l-Abbozz ta’ Liġi se tkompli fil-Kumitat dwar l-Abbozzi tal-Liġijiet f’laqgħa li tiġi msejħa mill-Gvern aktar ’il quddiem.
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jinsisti li fil-laqgħa tal-Kumitat jitħallew jipparteċipaw l-akbar numru ta’ persuni, għaqdiet u professjonisti possibbli, bit-tama li l-Parlament ma japprovax id-dħul tal-abort f’pajjiżna kif irid Robert Abela.
Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex isemma’ leħnu kontra d-dħul tal-abort f’pajjiżna u biex jinsisti li r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament ma jdaħħlux liġijiet li l-poplu ma ta l-ebda mandat dwarhom fl-aħħar elezzjoni ġenerali u li jmorru kontra l-valur tal-ħajja.
//= $special ?>