Għar-raba’ darba fil-karriera, Lisa Marie Bezzina rebħet in-nofs maratona ta’ Pisa.
Hija għamlet id-distabza ta’ 21 kilometru f’siegħa, 19 il-minuta u 46 sekonda qabel Hannah Russell tar-Renju Unir b’ siegħa, 22 minuta 51 sekonda u Francesca Bianchini tal-Italja f’siegħa, 31 minuta u 13-il sekonda. Fi tmiem il-kompetizzjoni Lisa Marie Bezzina iddedikat is-suċċess tagħha lill-atleta Ryan Tonna li sfortunatanent kien miet xi snin ilu fi tmiem l-istess maratona ta’ Pisa.
Suċċess ukoll għal David Borg, atleta ta’ 20 sena li temm fit-tielet post f’siegħa, 10 minuti u 34 sekonda liema riżultat poġġieħ fost l-aqwa 50 atleta fl-Ewropa fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena. Il-kategorija ta’ Borg intrebħet minn Alessio Terrasi tal-Italja b’siegħa, minuti u 32 sekonda u Yousef Khatoui wkoll tal-Italja b’siegħa, 9 minuti 51 sekonda,
//= $special ?>