Infermiera li taf lill-koppja Roderick u Bernice Cassar u dan peress li għamlet perjodu toħroġ ma’ ħu Bernice ċemplet lill-akkużat wara li rat status fuq Facebook li kien se jikkommetti suwiċidju. Qalet li dan seħħ dak inhar tal-omiċidju għax inkwetat ħafna. Meta ċemplitlu huwa wieġeb il-mobajl u dak il-ħin ħadet ir-ruħ imma waqala’ l-mobile minn idejha meta qalilha li kien qatel lil Bernice.
Qalet li dak il-ħin l-akkużat qalilha li ma riedx imur il-ħabs u rringrazzja talli ċemplitlu f’telefonata li damet madwar minuta u nofs b’minuta minnhom il-mobajl tagħha jibqa’ ma’ l-art għax kienet ferm eċitata. Hawn il-Maġistrat Joseph Mifsud ikkongratula lil mara li ħadet interess meta hawn min ma jinteressaħx. “Ippruvjat issalva ħajja u stajt salvajt oħra”, qal il-Maġistrat lix-xhud. Hija qalet li ħasset dover li tiċċekkja.
Mistoqsija mill-Prosekuzzjoni dwar it-tonalità tal-akkużat waqt it-telefonata, x-xhud wieġbet li kien wieħed vibranti. Hija qalet ukoll li l-akkużat kien se jaqbad jitkellem fuq martu iżda hi ma kienx jinteressaha u wara qalilha li se jaqta’ għax ried iċempel lil ħuh.
Dwar x’kien jgħid il-post fuq Facebook ta’ Roderick Cassar qalet – “Inħobbkom Giuseppe u Julia u ma nistax ngġix mingħajrkom, sorry till we meet again.” L-infermiera qalet ukoll li hija ċemplet għas-sigurtà tiegħu. Qabel ma xhedet il-Prosekuzzjoni talbet biex isem ix-xhud ma jiġix żvelat, liema talba kienet milqugħa mill-Qorti, li fl-aħħar tas-seduta ddikjarat li hemm biżżejjed raġunijiet biex l-akkużat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.
Meta kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Roderick Cassar mixli b’femiċidju xehdu wkoll diversi membri tal-Korp tal-Pulizija u kollega tax-xogħol tal-vittma. Xehdet ukoll il-kollega tagħha fuq il-post tax-xogħol Daniela Aquilina li qalet li kienet ilha taf il-vittma għal 16-il sena.
Qalet li fi triqtha lejn ix-xogħol lemħet il-karozza tal-vittma u meta niżlet mill-karozza, peress li t-triq ingħalqet, rat il-katavru tagħha mal-art. Mistoqsija dwar ir-relazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma, Aquilina qalet li l-vittma fetħet qalbha magħha meta telqet mid-dar fit-8 ta’ Mejju 2022.
Il-vittma kienet qalet li l-akkużat kien għamel sikkina ma’ għonqha quddiem it-tfal tagħha u kellha titlaq mid-dar. Aquilina xehdet li fl-Ewwel tas-Sena 2022, il-vittma kellha argument mal-akkużat li beda jkisser xi platti quddiem it-tfal. Semmiet ukoll inċident kif il-vittma ħadet lit-tfal fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana biex it-tfal jieħdu l-vaċċin u sabet l-akkużat ma’ wiċċha li beda jsabbat mal-karozza.
Ix-xhud ppreżentat messaġġi li bagħtitilha l-vittma biex tiftaħ qalbha. Il-Prosekuzzjoni staqsiet kif kien il-karattru tal-vittma u hawn il-Maġistrat ma ħallix lix-xhud tirrispondi. “M’hemmx bżonn mistoqsijiet li jiftħu l-feriti tal-familja,” sostniet il-Qorti.
L-avukat Dr Filletti staqsa dwar il-messaġġi bejn ix-xhud u l-vittma bix-xhud tgħid li ma ddiskutietx il-problemi tal-vittma ma’ ħadd ieħor. L-Avukat Framnco Debono staqsa lix-xhud jekk ippreżentatx kull ‘chat’ mal-vittma u hi qalet li neħħiet dawk iċ-‘chats’ b’affarijiet personali tagħha.
L-avukat staqsa dwar Anthony Micallef u x-xhud tirrispondi li dan kien kollega fuq il-post tax-xogħol u li kien qed jiġi “mhedded” mill-akkużat. Qalet li l-akkużat ippubblikaha ċ-‘chat’ li kellu magħha fuq Facebook meta qatel lill-vittma. Debono staqsa jekk jeżistix ‘groupchat’ li jikkonsisti biss mill-vittma, ix-xhud u Anthony Micallef. Ix-xhud wieġbet fin-negattiv u mistoqsija jekk hemmx ‘groupchats; li jikkonsistu minn dawn it-tliet persuni u nies oħra. Ix-xhud wieġbet fil-pożittiv.
Ix-xhud ma tistax tikkonferma kemm kien hemm persuni fil-‘groupchats’ u l-Maġistrat ifakkar li se jixhed l-espert tal-IT Martin Bajada dwar dan. F’dawn it-tliet seduta li saru b’rabta ma’ dan il-każ diġa xehedu 33 persuna.
It-tiri li ġew sparati fuq Bernice Cassar kienu mill-viċin
L-ewwel xhud kien it-tabib u espert forensiku Mario Scerri meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni ta’ Roderick Cassar mill-Imqabba u residenti l-Qrendi li qed jiġi mixli b’femiċidju fil-konfront ta’ martu Bernice Cassar li nqatlet filgħodu f’Kordin fit-22 ta’ Novembru li għadda.
Bħalissa tinsab għaddejja l-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ mara x-xahar li għadda fejn irriżulta li t-tiri li ġew sparatati fuq Bernice Cassar li nqatlet f’Raħal Ġdid kienu mill-viċin anke jekk mhux “near contact”. It-tir li kien sparat fuq wiċċha li kien lejn gedduma kien aktar viċin mit-tir sparat f’sidirha. Jista’ jkun ukoll li l-ewwel tir kien dak lejn wiċċha iżda minkejja dan, l-għadam f’ras il-vittma ma tkissrux.
Dr. Mario Scerri li kien l-ewwel xhud qal li huwa mar fuq il-post tad-delitt u hemm sab karozza Nissan f’nofs it-triq fejn kien hemm il-katavru taż Bernice Cassar, li kien mgħotti u li taħt ir-ras tagħha kien hemm għadira demm. Żewġt iskrataċ kienu qrib il-karozza tal-vittma u skartoċċ ieħor kien qrib il-bankina viċin il-vettura, iżda man-naħa l-oħra tat-triq.
Scerri qal li l-feriti li sofriet il-vittma kienu fuq sidirha, spallejha u rasha u dan kawża tal-isparatura. Tenna li l-kawża tal-mewt kienet riżultat taż-żewġ tiri li ġew sparati fid-direzzjoni tagħha. Hawn wieħed mill-Avukati tal-akkużat Franco Debono talab biex ikollu rapport li għamel l-espert, liema rapport ġie mgħoddi lill-avukat.
L-Avukat Debono saħaq ma’ l-espert jekk huwiex ċert mija fil-mija jekk l-ewwel tir sparat kienx dak f’wiċċha, b’Dr. Scerri jgħid li jista’ jkun u għalhekk mhux ċert mija fil-mija. L-avukat tal-familja tal-vittma Stefano Filletti staqsi lil Dr.Scerri dwar il-feriti tal-vittma.
Dr Scerri tenna li l-vittma kellha tbenġil fuq għonqha u fuq spallejha “li jaf huma kompatibbli ma’ għafsa”. Iżid li t-tbenġil kien riċenti ħafna. Hawn l-Avukat Debono ried ikun jaf għal darba oħra fuq l-ewwel tir u t-tieni tir fejn hawn intervjena l-Maġistrat Joseph Mifsud li staqsa lill-espert jekk iż-żewġ tiri sparati kienu dawk fatali, bix-xhud iwieġeb fl-affermattiv.
L-avukat Debono staqsa dwar it-tbenġil b’Dr. Scerri jispjega li dawn mhux bilfors huma riżultat ta’ tagħfis imma fl-esperjenza tiegħu huma riżultat ta’ dan. Huwa eskluda li l-akkużat kien sawwat lill-vittma. L-Avukat Debono staqsa jekk huwiex possibbli li dawn il-marki seħħew meta l-akkużat ipprova jtella’ l-vittma fil-karozza. L-espert forensiku wieġeb li iva jista’ jkun.
L-Avukat Debono staqss dwar it-tielet tir bl-espert forensiku jgħid li t-tielet tir ma laqathiex u li ħdejn il-katavru nstabet ħofra żgħira li taqbel mal-iskartoċċ. Ix-xhud li waqt li beda jixhed kien qed jara r-ritratti mir-rapport li għamel u qal li t-tielet skartoċċ kien ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-katavru. Imma ma jistax jikkonferma li dan kien l-ewwel tir li ġie sparat.
Wara xehed il-Perit Richard Aquilina li ppreżenta pjanta tal-post tar-reat u tar-residenza fil-Qrendi fejn ġie arrestat l-akkużat. Qal ukoll li kien preżenti meta tbattal il-post u ppreżenta wkoll iċ-ċwievet tar-residenza. Wara xehed it-tabib Beppe Micallef Trigona fejn qal li ġie mitlub jeżamina lil Roderick Cassar mill-espert forensiku Mario Scerri.
Riskju li l-akkużat seta’ jikkometti suwiċidju
Kien ingħad lilu li l-akkużat kien qed jiġi trattat bħala każ psikjatriku u kien qed jieħu wkoll xi mediċini. Cassar qal li jbati minn klawstrofobija u li din affettwatu meta ngħalaq fiċ-ċella. Cassar kien ingħata wkoll struzzjonijiet mill-avukat tiegħu biex ma jwiġibx għall-mistoqsijiet waqt l-interrogazzjoni. Hu rrifjuta wkoll li jagħti kampjun tad-demm.
Huwa kien mgħaraf ukoll li kien hemm ir-riskju li Cassar seta’ pprova jieħu ħajtu b’idejh u qalilhom “li kien qed jisma l-ilħna fiċ-ċella”. Ix-xhud qal li Cassar kien qed jirreaġixxi bil-qawwi għall-istress qawwi li kien għaddej minnu u kien raqad biss ftit sigħat. Tenna li ma kienx hemm ħjiel li huwa minnu li kien qed jisma l-ilħna.
l-Avukat Franco Debono staqsi lix-xhud dwar il-psikjatra ta’ Cassar u min kien, bit-tabib jgħid li dan huwa Dr Anthony Dimech. It-tabib Micallef Trigona qal li l-akkużat qallu li “aħjar jekk ineħħi ħajtu” u għaldaqstant ħass li jkun aħjar jekk jinżamm taħt osservazzjoni.
Xhud ieħor kien it-tabib Michael Spiteri li jaħdem fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. Qal li fil-ġurnata tal-qtil, ġie nfurmat li l-inċident kien seħħ f’Kordin u wasal fuq il-post fit-8.13am. Huwa raha l-feriti massivi li sofriet il-vittma u ċċertifikaha mejta fit-8.15am.
Kien mitlub ukoll jeżamina lil Roderick Cassar fir-residenza fil-Qrendi u l-akkużat qallu li ma kellux ġrieħi apparti xi uġigħ f’idejh li ma kellux x’jaqsam mal-każ. Xhud ieħor kien il-Kuntistabbli Patrick Farrugia, stazzjonat fit-Taqsima Ballistika flimkien ma’ Ian Farrugia li wkoll huwa stazzjonat fl-istess Taqsima.
Huwa ppreżenta wkoll r-rapport tagħhom dwar it-tiri li ġew sparati lejn il-vittma fosthom mil-liema pożizzjoni ġew sparati ż-żewġ tiri lejn il-vittma. It-tielet tir, kif diġà xehdu x-xhieda preċedenti, ma laqatx il-vittma u dan l-iskartoċċ kien jinsab fejn saqajn il-vittma.
Il-Prosekuzzjoni hawn staqsiet lix-xhud dwar il-pożizzjoni tal-katavru, li qal li dan kien qed iħares lejn il-karozza u li l-ħġieġa tan-naħa tas-sewwieq tal-karozza kienet imkissra imma li ma jaħsibx li din tkissret b’xi tiri. Kompa li ċ-ċomb tal-iskartoċċ ma nfirixx peress li t-tir ġie sparat fil-qrib.
Il-Kuntistabbli xehed ukoll li s-senter huwa simili għal dak li jintuża għall-kaċċa imma li fih differenti għax il-kanna hija ferm iqsar u s-sistema użata hija ‘pump action’. Dan ifisser li l-persuna tuża s-senter trid tikkarga lura u terġa’ tikkarga ‘l quddiem. Il-Maġistrat Mifsud ġibed l-attenzjoni li l-akkużat ma kellu l-beda armi reġistrati taħt ismu, u dan skont xhieda li diġa ngħatat fil-kumpilazzjoni.
It-tiri sparatu kienu f’anqas minn distanza ta’ metru
Mistoqsu mill-prosekuzzjoni jekk l-arma li ntużatx fil-qtil hija reġistrata f’Malta, ix-xhud qal li dan ma kienx jagħmel parti mill-kompitu tagħhom. Fuq mistoqsija tal-Avukat Debono ix-xhud qal li fuq it-tiri bl-ebda mod ma kien qed jagħmel xi aċċenn għall-kronoloġija tat-tiri u qal ukoll li l-iskrataċ ma kienux modifikati.
Dwar it-tieqa mkissra fuq in-naħa tax-xufier li kien il-vittma, x-xhud qal li din ma tkissritx minn tir u li t-tiri ġew sparati minn distanza ta’ bejn 60 u 90 ċentimetru ‘l bogħod mill-vittma. Wara xehed l-Ispettur Lydon Zammit, stazzjonat is-CID li qal li dak inhar tal-inċident fl-akkwisti ta’ wara l-MCAST seħħ inċident u mar kien hemm diġa l-Pulizija tad-Distrett.
Ix-xhud ta spjega dettaljata tal-involviment tiegħu fil-każ fejn qal li huwa ra l-pożizzjoni tal-katavru qrib il-vettura tagħha. Dwar il-vettura tal-akkużat qal li kienet ipparkjata quddiem ir-residenza tiegħu fil-Qrendi għax wara mar hemm peress ukoll li kien hemm xhieda lirawh fuq il-post.
Fuq il-post kien fil-Qrendi kien hemm ukoll missier l-akkużat u li ċempillu biex jipprova jikkalmah u jikkonvinċieh joħroġ mir-residenza. Wara kien indikat li l-arma użata mill-akkużat setgħet kienet f’borża fil-vettura tal-akkużat imma din il-borża nstabet li kienet vojta. B’hekk kien magħruf li l-arma kienet fil-piussses tal-akkużat.
Wara xehed l-Ispettur Antonello Magri stazzjonat fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid. Huwa ta ħarsa dwar il-post ta’ fejn seħħ ir-reat u li qagħad hemm biex jippreserva x-xena tar-reat. Wara xehed
Wara xehed is-Surġent Cyril Butters li spjega li fil-21 ta’ Novembru li kien xogħol ‘night watch’ u daħal rapport minn raġel li kien qed jallega li qed jiġi malafamat mill-akkużat u li dan kien qed jheddu għax qal li kien qed imur ma’ martu, xu ħaġa li l-persuna li għamlet ir-rapport ċaħdet bil-qawwa kollha, u qal lill-Pulizija li jinsab ukoll inkwetat għax mal-mara jinsab f’relazzjoni tajba.
Butters qal lil dan il-persuna li għandu jieħu parir legali dwar dan u għadda r-rapport tiegħu. Iżid li r-raġel qal li l-akkużat attakah b’kitba fuq Facebook, fejn Roderick Cassar kien qal fl-aħħar tal-kitba tiegħu lil din il-persuna li “Revenge is a Must”.
Il-Maġistrat Mifsud staqsa lix-xhud għaliex ma sarx follow-up tar-rapport meta r-raġel li għamel ir-rapport qal li qed jibża li se ssirlu vendetta mill-akkużat. Il-Maġistrat qal lix-xhud li l-Għassa tal-Pulizija hija l-ewwel waqfa għal meta jsir reat u għandu jsir ‘follow up’ f’każijiet bħal dawn. Ix-xhud hawn ta raġun lill-Maġistrat. L-Avukat Franco Debono staqsa lix-xhud dwar il-messaġġi li bagħat l-akkużat u Butters tenna li hu rahom biss fuq il-mowbajl u li dawn ntbagħtu riċentament.
Wara xehed is-Surġent Christian Xuereb stazzjonat fit-Taqsima tal-Omiċidju. Qal li kien bagħtu l-Ispettur Shawn Pawney biex jassisti fuq il-każ. Huwa ġabar informazzjoni minn fuq CCTV’s u laptop b’dan tal-aħħar jinġabar mill-kumpanija Merit fejn kienet taħdem il-vittma f’Kordin. Wara xehed il-Kuntistabbli William Borg mis-Cyber Crime Unit fejn qal li fit-23 ta’ Novembru ġie nfurmat biex jippreserva l-kont fuq Facebook tal-akkużat.
Xhud ieħor kien is-Surġent Justin Spiteri li huwa stazzjonat fit-Taqsima tar-Rapid Intervention Unit. Huwa tenna li fit-22 ta’ Novembru ġie nfurmat li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi u wara daħlet informazzjoni li wieħed mix-xufiera kellu arma tan-nar fuqu. Wara daħlet informazzjoni li ġew sparati xi tiri. Ix-xhud qal li xogħol tat-taqsima tiegħu kien li jippriservav ix-xena tar-reat u jinstab min wettaq il-qtil.
Xhud ieħor kien il-Kuntistabbli Jonathan Sterry ukoll stazzjonat fl-RIU. Qal li dak inhar tal-omiċidju kien fil-kumpless tal-Pulizija f’Ta’ Kandja u kien qed jipprepara biex imur il-Qorti meta daħal rapport ta’ inċident u argument f’Kordin. Il-Kuntistabbli Clayton Azzopardi wkoll stazzjonat l-RIU qal li fuq ir-radio tal-Pulzija sema’ dwar l-inċident u mar fuq il-post fejn kien hemm xi nies u ġabar xi nformazzjoni.
Roderick Cassar wkoll jinsab mixli li żamm lill-vittma tiegħu kontra r-rieda tagħha, li uża vjolenza, inkluża vjolenza morali u psikoloġika, li uża arma tan-nar waqt li kien qed jagħmel reat u li ġarr arma mingħajr permess. Akkużi oħra jinkludu s-serq tal-mowbajl u ċ-ċwievet tal-karozza tal-vittma, u l-ħsara volontarja fil-proprjetà tagħha.
Huwa qed jiġi mixli wkoll li kiser ordni ta’ probation u li insulta terza persuna – maħsuba li kien ċivili li kien ipprova jintervjeni filgħodu dak inhar tal-qtil. Fl-aħħar nett, huwa qed jiġi mixli allegatament ffastidja wkoll lil Bernice Cassar u li dejjaqha fil-jiem, ġimgħat u xhur ta’ qabel il-qtil.
L-Ispetturi Shawn Pawney, Wayne Camilleri, Paul Camilleri qed imexxu l-Prosekuzzjoni bl-assistenza tal-avukat Angele Vella, Edward Grima, Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri, Arthur Azzopardi u Jacob Magri qed jirrappreżentaw lil Roderick Cassar. L-avukati Stefano Filletti u Marita Pace Dimech qed jirrappreżentaw il-familja ta’ Bernice Cassar. Il-kumpilazzjoni issa tkompli fil-25 ta’ Jannar fl-10.30am. fis-6 ta’ Frar fid-9.30am u seduta oħra 7 ta’ Frar fid-9.30am tas-sena d-dieħla.