Il-partitarji Arġentini komplew jiċċelebraw matul il-lejl hekk kif it-tim tagħhom rebaħ it-Tazza tad-Dinja f’dik li xi kummentaturi ddeskrivew bħala waħda mill-aqwa logħbiet fl-istorja tal-kampjonat.
Quddiem folla ta’ 88,000 spettatur fil-Qatar, l-Arġentina għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 4-2 bl-għoti tal-penalties wara id-draw ta’ 3-3 fil-ħin barrani.
Il-partitarji li vvjaġġaw lejn Qatar iċċelebraw u ferħu hekk kif il-plejers kienu misjuqa b’xarabank miftuħa fit-toroq barra Lusail Stadium.
Filwaqt li fil-kapitali Arġentina, Buenos Aires, mijiet ta’ eluf ta’ nies iċċelebraw l-ewwel kampjonat dinji tat-tim tagħhom mill-1986.
Kien mument rari ta’ ferħ għal pajjiż li qed jissielet ma’ inflazzjoni għolja u kriżi ekonomika li mbuttat madwar 40% tal-popolazzjoni fil-faqar.
//= $special ?>