Internazzjonali

Numru ta’ baħrin neqsin wara li għereq bastiment fit-Tajlandja

Traġedja fl-ibħra tat-Tajlandja hekk kif il-Ħadd filgħaxija inqalgħeb u għereq bastiment b’iktar minn 100 membru tal-ekwipaġġ fuqu.

Tim ta’ salvataġġ marru fuq il-post fejn irnexxilhom isalvaw 75 persuna iżda sfortunatament għad hemm 31 persuna oħra rraportati neqsin.

Fil-maġġoranza tal-baħrin li ġew salvati nstabu jew fl-ibħra lebsin ġakketta tas-salvataġġ jew inkella kienu fuq dgħajjes tas-salvataġġ. Ħamsa minn dawk li ġew salvati jinsabu f’kundizzjoni serja għal saħħithom.