Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jistina rasu meta s’issa l-fatti kollha qed jindikaw li qed jibqa’ għaddej bl-emenda fil-liġi għat-terminazzjoni tat-tqala; proposta li mijiet ta’ esperti mediċi, legali, akkademiċi varji u l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca qed jiddeskrivuwha bħala waħda li se ddaħħal l-abort f’pajjiżna mill-bieb ta’ wara.
Ftit mumenti wara li 42 membru Parlamentari Laburista vvutaw favur din l-emenda fi stadju tat-tieni qari, Robert Abela baqa’ jiddefendi l-proposta tiegħu fejn fl-ebda mument pero ma lissen kelma dwar l-importanza tal-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.
Fl-aħħar ġimgħat il-President ta’ Malta George Vella għamilha ċara u tonda li ma kien se jiffirmha ebda liġi li tippermetti l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna, filwaqt li fost diversi suġġetti… matul id-diskors li għamel f’Jum ir-Repubblika … il-President appella sabiex tinstab soluzzjoni rigward din il-kontroversja.
Għaldaqstant Net News staqsa lill-Prim Ministru għalfejn qed jibqa’ jagħmel ta’ rasu għaliex minkejja li qed jgħid li lest jisma’ lil kulħadd, il-fatti qed juru ċar kristall li xorta waħda qed jibqa’ għaddej bl-emenda li jrid hu.
//= $special ?>