L-abbonaturi ma’ Twitter ivvutaw biex Elon Musk jispiċċa minn Kap Eżekuttiv ta’ dan il-platform soċjali u wara li hu organizza stħarriġ popolari dwar il-futur tiegħu. B’kollox mat-58 fil-mija insistew biex Musk jirriżenja meta wieġbu għal domanda diretta u speċifika ta’ Musk lill-122 miljun segwaċi ta’ Twitter.
Elon Musk – biljunarju li xtara Twitter għal madwar 40 biljun ewro – kien qal, qabel għalaq l-istħarriġ, li kellu jirrispetta r-riżultat ‘li jirrifletti x-xewqa tar-rispondenti’. Madankollu, Musk ma kkummentax wara li ħareġ ir-riżultat u anki li kieku kellu jirriżenja minn Kap Eżekuttiv hu għandu jibqa’ xorta bħala l-proprjetarju ta’ Twitter.
Musk, li hu wkoll is-sid tal-kumpanniji Tesla and Space X, kellu jiffaċċja kritika kbira mindu ħa l-kontroll ta’ Twitter u fl-aħħar sigħat sar magħruf li l-istħarriġ partikulari kellu l-feedback ta’ xejn anqas minn 17.5 miljun abbonatur.
//= $special ?>

