Lokali

Żagħżugħa tittajjar minn karozza waqt li kienet qed issuq rota f’Birkirkara

Ċiklista ta’ 25 sena mill-Furjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li sfat imtajra minn karozza fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:40am fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 50 sena mill-Mosta u r-rota misjuqa mill-vittma.

Iċ-ċiklista ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn hemmhekk ġiet ċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.