Anzjana ta’ 65 sena residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza fi Triq il-Wied, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00am ta’ filgħodu hekk kif il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 65 sena residenti Birkirkara stess, intlaqtet minn karozza Renault Captur li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti in-Naxxar.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku hekk kif ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>