Lokali

Att vandalu fuq l-attivista Miriam Sciberras

Il-President tal-Life Network Foundation Miriam Sciberras f’pubblikazzjoni fuq Facebook ħabbret illi persuna jew persuni mhux magħrufa wettqu ħsara fuq il-bieb tal-klinika tagħha ta’ Ħaż-Żabbar. Miriam Sciberras qalet ukoll li mhux beħsiebha tibqa’ siekta u li saħansitra ressqet rapport lill-Pulizija.

Sciberras saħqet li dan l-att vandalu ta’ intimidazzjoni sar għaliex qiegħed tmexxi kampanja kontra l-approvazzjoni tal-emendi fil-Kodiċi Kriminali li jippermettu l-abort.

“Xi ħadd qed jiddejjaq li nitkellem u niddefendi lit-tarbija li ma għandhiex vuċi. Kulma għamilt dejjem hu li ħdimt u tkellimt biex nipprova nagħti leħen lit-trabi mhux imwielda.”

https://www.facebook.com/miriam.sciberras.9/posts/6200941256585083