Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Matteo Mamo jżomm l-ewwel post fil-Klassi tal-Optimist Beginners fit-tielet jum tal-Mapfre Euromed International Championships

Il-kundizzjonijiet tat-temp fit-tielet jum tal-Mapfre Euromed International Championships kellhom titjib sinifikanti bir-riħ ta’ madwar 10 mili nawtiċi fis-siegħa, b’imbatt jvarja minn 0.4m sa 0.6m f’bokka tal-Bajja tal-Mellieħa.

Ir-riħ eventwalment beda jonqos fl-aħħar parti fejn iżda ġew organizzati tliet tiġrijiet. Matteo Mamo, żamm l-ewwel post tiegħu fil-Klassi tal-Optimist Beginners, b’distakk komdu fuq Michael Galea li s’issa kiseb erbatax-il punt segwit minn Mattea Bowman li tiinsab fit-tielet post bi 23 punt.

Il-flotot tas-Seniors u Kadets, ikkompetew fir-rawnd finali ta’ kwalifikazzjoni qabel ma jiġu allokati għall-Flotot tad-Deheb u tal-Fidda. Joan Domingo (ESP) zamm l-ewwel fil-klassifika bi 8 punti, wara li lil Sviatoslav Madonich (UKR) spiċċa fit-tielet post. L-ewwel dehra tiegħu Emmanouil Anastasios Vomvylas (GRE) jinsab b’ punti daqs partecipant Ukren u jinsab punt biss bogħod minn Domingo. Timmy Vassallo rebaħ il-ħames tiġrija biex jinsab fis-sitt post.

Il-Klassijiet ILCA, 4 Benjamin Vassallo kellu jissielet ma’ Mariyan Shangov, fejn it-tnejn qed jikkompetu għall-ewwel post. Jake Mallia, niżel fit-tielet post u Matthew Cachia Debono, jinsab fil-ħames post.

Il-leader tal-ILCA Klassi 6 huwa Dmytro Karabadzhak b’ Matthew Flores fit-tieni post u Irene De Tomás Perelló fit-tielet post, wara li rebħet l-ewwel żewġ tiġrijiet tal-ġurnata.