Diversi sewwieqa spiċċaw maqbudin f’konġestjoni kbira wara li l-Gvern iddeċieda li jwettaq xogħlijiet ta’ tarmac fl-aħħar parti tas-Central Link u l-underpass li jgħaqqad Ħal Balzan mal-Imrieħel.
Persuni li tkellmu magħna qalulna li kienu ilhom aktar minn siegħa imwaħħlin fit-traffiku.
Din il-konġestjoni qed taffetwa ħafna zoni, fosthom Ħ’Attard, Birkirkara, Santa Venera, Ħal Qormi u l-Ħamrun.
Uħud mis-sewwieqa qalu li huwa “totalment bla sens” li tagħmel xogħlijiet ta’ tarmac u devjazzjonijiet f’dan il-ħin tal-ġurnata.
Apparti minn hekk, kellmuna wkoll numru ta’ sidien ta’ negozji li jinsabu ferm urtati għall-fatt li dan it-taħwid fl-ippjanar qed jaffetwa l-bejgħ tagħhom fl-eqqel tal-perijodu tal-festi.
//= $special ?>