“Kif ma tistħux mill-poplu Malti. Ġurnata sewda għal Malta.”


Dawn huma biss ftit mill-baraxx ta’ kummenti negattivi li ddominaw il-paġna uffiċjali tal-media Laburista fuq Facebook wara li t-Tnejn ġie ppublikat artiklu dwar l-approvazzjoni tal-emenda li se ddaħħal l-abort f’pajjiżna.
Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE news baqgħet taħbi li din hija emenda tal-abort, iżda għażlu li jirreferu għaliha bħala emenda favur il-ħajja u s-saħħa tal-mara meta tkun f’periklu.
Dan il-post fuq il-midja soċjali ġibed għexieren ta’ reazzjonijiet fejn jidher biċ-ċar li l-poplu Malti u Għawdxi huwa ddiżappuntat u jħossu tradut mill-Partit Laburista wara li fil-Parlament it-Tnejn filgħaxija vvota favur din l-emenda tal-abort.
Ħafna persuni qalu li “issa l-pajjiż tilef ruħu. L-abort jibqa’ qtil tal-innoċenti. Jekk tgħaddi din il-liġi dan il-pajjiż ħa jkunu spiċċawlu l-valuri.”


Barra minn hekk, oħrajn qalu li din l-emenda hija vaga wisq għaliex jekk tgħaddi din l-emenda hemm possibilta’ li wieħed ikun irid l-abort għal raġunijiet ta’ saħħa mentali li hemm kura għaliha.
Bosta fakkru li din ma kinitx fil-manifest elettorali u għalhekk dan ifisser li l-Partit Laburista qarraq bil-poplu Malti u Għawdxi sabiex jixtri aktar voti fejn bosta esprimew id-dispjaċir tagħhom li vvutaw Labour fl-elezzjoni ġenerali.


Robert Abela qed jibqa’ jwebbes rasu dwar din l-emenda anke wara li diversi professjonisti mediċi esprimew li din il-liġi se toħolqilhom aktar diffikultajiet fix-xogħol tagħhom. Iżda il-Prim Ministru jidher determinat li jdaħħal l-abort f’pajjiżna u jmur kontra l-maġġoranza tal-poplu.
//= $special ?>