Żewġ irġiel ġarrbu ġrieħi gravi wara li kellhom impatt ma’ arblu l-Mellieħa.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-6:45am ta’ filgħodu hekk kif il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident fi Triq il-Mellieħa, il-Mellieħa stess.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Toyota Corsa, misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti r-Rabat, Għawdex kellu mpatt ma’ arblu. Raġel ta’ 25 sena residenti Għajnsielem u raġel ta’ 30 sena miż-Żebbuġ, Għawdex kienu passiġġieri fl-istess karozza.
Ix-xufier u l-passiġġier ta’ 25 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard ix-xufier kif ukoll il-passiġġier ta’ 25 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>