Lokali

Jinstab katavru fuq il-blat f’Paradise Bay

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ persuna fl-inħawi ta’ Paradise Bay.

Hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’dan ir-rapport marru minnufih fuq il-post fejn instab kadavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew sabiex jittella l-katavru.

Awtopsja fuq il-kadavru mistennija tistabilixxi l-kawża tal-mewt filwaqt li għaddejjin investigazzjonijiet sabiex tkun magħrufa l-identità tal-persuna li nstabet liebes shorts aħmar.

Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.