Internazzjonali

L-Istati Uniti: Aktar inkwiet u kundanna ġdida għal Harvey Weinstein

Harvey Weinstein

L-eks-produttur tal-films ta’ Hollywood, Harvey Weinstein instab ħati dwar l-istupru u l-aggrediment ta’ mara skont il-verdett ta’ qorti li dam għal xahrejn f’Los Angeles.

Waqt il-ġuri sar magħruf li Weinstein kien uża l-influwenza tiegħu biex jipperswadi lin-nisa għal laqgħat privati u fejn imbagħad kien jattakkahom bi skop sesswali.

Weinstein, li hu rebbieħ tal-Oscar, jista’ jeħel sa 24 priġunerija ladarba jaqrawlu s-sentenza. Dan ir-raġel ta’ 70 sena diġà qed jiskonta 23 sena ħabs wara li nstab ħati dwar każ ieħor ta’ stupru u aggrediment sesswali waqt l-ewwel ġuri li sar sentejn ilu fi New York.

Intant, il-qorti f’Los Angeles ma laħqitx verdett dwar allegazzjonijiet simili mressqa mill-mara tal-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom u minn mara oħra li baqgħet anonima.