Il-Franċiżi wkoll sabu eluf ta’ partitarji jistennewhom
Fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu rritorna minn Doha il-kontingent tat-tim nazzjonali tal-Argentina. Wasla fl-ajruport Ereiza fi Buenos Aires bl-ewwel plejer li niżel kien Lionel Messi bħala captain bit-trofew tat-Tazza tad-Dinja FIFA.
Folla kbira laqgħet lill-plejers li immedjatament wara marru fil-Kwartieri Generali tal-Federazzjoni tal-Futbol Arġentina minn fejn matul il-ġurnata kellhom jitilqu biex tibda l-isfilata fit-toroq ewlenin ta’ Buenos Aires. Mal-wasla eluf ta’ partitarji baqgħu fi Plaza Independencia fil-qalba tal-kapitali f’ġurnata li kienet dikjarata bħala festa pubblika.
F’Parigi eluf ta’ partitarji nġabru f’ Place de la Concorde sabiex jgħatu merħba lill-eks champions tad-Dinja li f’finali mill-isbaħ tilfu biss wara l-għoti tal-penalties. Mal-wasla f’Pariġi il-kontinġent ta’ Franza mar fil-lukanda Crillon minn fejn b’entużjażmu l-plejers irreċiprokaw għall-ovazzjoni tal-partitarji
//= $special ?>