Lokali Qorti

Negozjati bejn l-AĠ u d-difiża fil-każ ta’ Libjan mixli bil-qtil ta’ pensjonant f’Santa Luċia

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja ġiet infurmata mill-Prosekzzjoni li għaddejjin negozjati bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża biex isir patteġġjament (ftehim) fuq il-każ tal-Libjan Samir Almiri li jinsab akkużat bil-qtil tal-pensjonant Victor McKeon ta’ 62 sena f’Marzu tal-2020.

Wara li l-vittma kien inqatel Almiri ta’ 39 sena kien mar il-Marokk u dan ftit jiem qabel il-pulizija ma sabu l-katavru ta’ Mckeon imgeżwer f’boroz suwed fil-kamra tal-banju t’appartament f’Misraħ Dorell f’Santa Luċija. Il-Libjan kien jgħix ma’ Mckeon fl-appartament.

Il-pulizija mill-ewwel kienet bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex Almiri jinstab. Huwa kien instab fit-22 ta’ Marzu f’Casablanca l-Marokk fejn ġie arrestat u wara kien ġie estradit lejn Malta. Almiri li qed iwieġeb mhux ħati u li kollox jindika li issa se jammetti, kemm il-darba xellef difrejh mal-ġustizzja. Fl-2015 huwa kien tressaq il-qorti akkużat li prova jisraq basket ta’ mara fil-Balluta.

Fl-2018 Samir Almiri kien ġie ukoll kundannat xahrejn ħabs wara li kien neża’ l-qalziet waqt li kien fl-awla quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, llum Imħallef. Is-Supretendent Keith Arnaud li nvestiga l-każ kien qal lill-qorti li d-dejta dwar il-lokaliżazzjoni tal-mowbajl poġġew is-suspettat tal-qtil Samir Almiri fuq il-post tad-delitt madwar iż-żmien meta nqatel Victor McKeon. f’Marzu

McKeon miet wara li ġie fgat, b’Arnaud kien qal fil-Qorti li l-mowbajl ta’ McKeon beda jirrifletti l-movimenti ta’ Samir Almiri ta’ 35 sena għal xi żmien wara l-qtil, li jissuġġerixxi li ż-żewġ apparati kienu qed jinġarru flimkien. Kull darba li ntużat il-karta ta ‘kreditu ta’ McKeon, intbagħatlu SMS, li wassal għad-dejta tal-lokalizzazzjoni, kien spjega Arnaud.

Filmati ta’ ATM u CCTV camera miż-żoni wrew lil Almiri waħdu waqt li kien qed juża l-credi card tal-bank tal-vittma u eliminaw il-possibbiltà li McKeon kien miegħu dak il-ħin. Il-mobile ta’ Almiri kien jinsab f’Sta Luċija fl-14 u l-15 ta’ Marzu fil-qosor.

F’dan iż-żmien il-patoloġisti jgħidu, il-vittma kien diġà mejjet fl-appartament tiegħu. Biljetti tal-karozzi tal-linja li nstabu fid-dar tal-vittma ġew rintraċċati li ntużaw minn Almiri, grazzi għal cameras mis-CCTV installati fuq il-karozzi tal-linja. Tfasslet timeline ta’ 15-il paġna tal-movimenti tas-suspettat mill-pulizija, li ġabret flimkien ir-ritratti rilevanti kollha tal-akkużat li kienu rkupraw minn diversi sorsi.

Fis-16 ta’ Marzu, Almiri kien qabad titjira one-way lejn il-Marokk iżda kellu problemi ta’ immigrazzjoni hemmhekk u kellu jintbagħat lura Malta. Huwa ġie arrestat wara li f’Diċembru ġie estradit lejn il-gżira. Fuq il-post tad-delitt ġie rkuprat flokk bi strixxi griż li deher li jintlibes mill-akkużat f’xi filmati, qal Arnaud. I

l-passaport imqatta’ ta’ Almiri u l-kartiera vojta ġew irkuprati wkoll mill-pulizija u esebiti fil-qorti. Arnaud spjega li l-pulizija nstabu żewġ mowbajls. Wieħed, Nokia, kien irreġistrat u użat minn Almiri u Allview b’SIM card oħra kienet tal-vittma.

Is-Supretendent iddeskriva wkoll l-interrogazzjoni ta’ Almiri mill-pulizija. Huwa kien qal li kien ilu jorqod fl-appartament ta ‘Mckeon għal xahrejn wara li kien mhedded minn ħu McKeon. Huwa kien qal li l-vittma kien tah il-mowbajl biex iċempel minnu. Għal Amiri qed jidhru l-Avukati Daniel Attard u Simon Micallef Stafrace.