Il-Membru Parlamentari Laburista, Davina Sammut Hili hija fost id-diretturi li saru referenza għalihom f’rapport tal-Awditur Ġenerali illi sab li diretturi fi ħdan l-entita tal-Gvern Malta Government Investment taw lilhom infushom “rigali” mingħajr ma ġabu l-awtorizazzjoni mill-Ministeri.
Dan ifisser li l-verifika tal-infiq li saret sabet li kien hemm gwadann minn bosta benefiċċji “żejda” li ttieħdu minn membri tal-bord tad-diretturi …u li ma kinux konformi mar-regolamenti.
Il-Membru Parlamentari Davina Sammut Hili ġiet appuntata f’dan il-bord lura fl-2017 u infatti rapport tat-Times of Malta jixhed li għalkemm sar tentattiv minn din il-kamra tal-aħbarjiet għad-domandi, Sammut Hili naqset milli twieġeb.

Fis-sena 2021, instab li dan il-Bord kollettivament tħallas €64,000 żejda minn kemm huma intotolati. Total ta’ €30,000 minn dan l-ammont kien imniżżel bħala ‘subsidiary allowance’, sempliċiment għall-attendenza għal-laqgħa ġenerali annwali tal-korporazzjoni. Fi kliem semplici, inghataw flus għaliex wettqu dmirhom li bħala diretturi jkunu preżenti għall-AGM.
Mir-rapport tal-Awditur instab li tħallsu €19,000 addizzjonali f’‘directors’ allowances’, bl-awditur ġenerali ma seta Jsib l-ebda dokumentazzjoni li tagħti dettalji dwar x’kienet tkopri eżatt din l-allowance partikolari.
Saru wkoll ħlasijiet addizzjonali ta’ €6,000 li ġew imniżżla bħala allowances tal-mowbajl, €5,000 f’‘miżati segretarjali’, u €4,432 f’allowance għal fuel.
Ir-rapport tal-awditur saħaq li mill-minuti li nstabu, kien hemm nuqqas kbir f’ċertu dettalji dwar l-infieq….b’dan in-nuqqas ikompli jitfa’ dawl ikrah fuq kif sar użu ħażin minn fondi pubbliċi biex id-diretturi tal-bord fi ħdan din l-entità governattiva jagħtu lilhom infushom dawn ir-rigali.
//= $special ?>