Lokali Qorti

Se jgħaddi ġuri fuq il-qtil tas-sieħba tiegħu wara li ġie evalwat rapport minn psikjatra

Raġel mill-Kosta tal-Avorju akkużat bil-qtil tal-eks sieħba tiegħu se jgħaddi ġuri wara li l-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja sostniet li huwa tajjeb biżżejjed biex jiddikjara jekk hux ħati jew le. Michael Emmanuel kien qed jgħid li mhwiex f’saħħa mentali tajba biżżejjed biex jiddikjara l-ħtija tiegħu jew le. Madankollu l-Qorti wara li rat ir-rapport tal-psikjatra mqabbad minnha qalet li huwa f’sikktu biex iwieġeb jekk hux ħati jew le.

Michael Emmanuel ta’ 31 sena kien għadda proċeduri f’ġurin u qed jiġi mixli li fega lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius, f’Settembru tal-2018 f’Raħal Ġdid. F’Lulju tal-2019 f-ġurin li kien sar il-ġurija sabitu li kien f’sensih waqt il-kummissjoni tar-reat bi tmien voti favur u wieħed kontra.

Fil-ġurin li kien sar quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kien xehed l-ispettur James Grech u ta dettalji ta’ x’qallu l-akkuzat fl-Interogazzjoni. Kien qal li Emmanuel beda jgħid li ma jafx kif inqatlet Maria Lourdes, u li ma kellux xi jgħid magħha. Irrakkonta episodju meta fi Frar tal-2018 l-akkużat mar id-dar u sab lil omm ta’ sebat itfal tiġġieled ma’ ommha.

Wara, marret fuq is-sodda u qaltlu li se torqod u biex iħalliha fil-paċi. Ftit tal-ħin wara, bintha ta’ tliet snin bdiet tgħajjat u tgħid li ommha mejta. Iżda sagħtejn wara, Emanuel biddel il-verzjoni u qal lill-ispettur li se jgħid il-verità u se jirrakkunatlu dak li ġara fil-lejl li nqatlet is-sieħba tiegħu. Qal li Maria Lourdes qamet fis-sagħtejn ta’ filgħodu, sabet kurċifiss u b’referenza għal Alla qaltlu, “Missierek, tak mara.”

Huwa kien qallu wkoll li wara l-vittma poġġiet is-salib fuq għonqha u qalet lill-akkużat biex jagħfsu magħha. Emmanuel għafas bil-mod fuq il-kurċifiss, imma Maria Lourdes ma reġgħetx qamet. “Bdejt nibża’. Bdiet tgħid xi ħaġa u għattiet wiċċha b’liżar. Kompliet titħabat ftit ieħor u mietet,” kien qal l-akkużat waqt l-interrogazzjoni.

Emmanuel kien qal li Maria Lourdes kienet tħobbu ħafna u li f’dak il-lejl kienet qaltlu li t-tarbija z-zgħira ma kinitx minn tiegħu. Qaltu li kienet taf li sar iħobb mara oħra minn Marsaxlokk u kienet tħoss li hija ostaklu għalih. L-ispettur xehed li r-relazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma bdiet  f’appartament li kellu l-akkużat f’San Ġiljan.

Għal bidu hija kienet qaltlu li biex ikollhom x’jaqsmu flimkien ried iħallasha. Iżda wara nġibdu lejn xulxin u bdiet relazzjoni bejniethom lii minnha twieldu żewġt itfal. Meta kien interrogat fid-depot Emmanuel qal li lejn l-aħħar, is-sieħba tiegħu kienet inbidlet u ma kinitx qiegħda tagħti kas lit-tfal.

Agius kellha 35 sena meta nqatlet u kienet omm ta’ sebat itfal, tlieta minnhom mal-akkużat. Skont il-Prosekuzzjoni Emmanuel kien involut f’argument domestiku jaħraq mal-vittma u ma’ ommha li matulu kisser siġġu fuq il-vittma u taha xi daqqiet ta’ sieq.

Is-Supretendent James Grech kien xehed li dakinhar tad-delitt, l-akkużat mar jirrapporta fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid fejn qal li s-sieħba tiegħu ma qamitx. Qal li meta l-pulizija marru fuq il-post, sabu lil omm il-vittma li qaltilhom li bintha għadha rieqda u qalet li dan jista’ jkun minħabba l-argument domestiku li nqala’ jumejn qabel.

Meta indunaw li Maria Lourdes Agius kienet fil-fatt mejta, qamet kommossjoni bejn omm il-vittma u l-akkużat, tant li kellha tferraqhom il-pulizija. Michael Emmanuel, qal lill-Pulizija li fil-lejl ta’ qabel hu kellu x’jaqsam sesswalment mal-vittma u marru jorqdu għall-ħabta tal-10p.m. Qal li meta qam filgħodu, Maria Lourdes Agius ma kienetx f’sensiha.

L-Ispettur kompla li mill-awtopsja irriżulta li l-vittma mietet fgata. Barra minhekk, hi kellha tbenġil ma’ ġisimha kollu u qalgħet mill-inqas żewġ daqqiet kbar fuq rasha. Fl-indirizz tagħha waqt il-ġurin, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kienet saħqet li mhux kull mard mentali seta’ jwassal għal stat ta’ genn kif definit fil-liġi,

Sadanittant fis-seduta tat-Tlieta Michael Emmanuel informa lill-Imħallef Aaron Bugeja li ma kienx se jappella id-deċiżjoni li ma kienx f’sikktu biex iwieġeb il-ħtija tiegħu jew le fil-każ, bil-Qorti issa għandha tiddeċiedi meta għandu jsir il-ġuri tiegħu.