Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident San Pawl il-Baħar

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għal ħabta tad-9:00am hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar stess, kien qed isuq mutur Peugeot meta kellu mpatt ma’ Toyota Hilux misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti in-Naxxar.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku hekk kif ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.