Enerġija Ewropa

UE: Jintlaħaq qbil fuq ‘price cap’ għall-prezz tal-gass

Il-pajjiżi tal-UE, sa fl-aħħar, qablu fuq prezz massimu għall-gass li jħallsu l-konsumaturi. Dan sabiex madwar l-Ewropa tittaffa’ d-daqqa tal-kriżi tal-enerġija.

Dan il-qbil intlaħaq ilbieraħ bil-lejl wara xhur twal ta’ negozjati, u bħala risposta għall-effetti iebsin li qed tħalli l-gwerra fl-Ukrajna.

Fi tmiem is-summit tal-Ministri Ewropej, il-Ministru Ċek għall-Kummerċ qal illi kien dmir tal-UE li jintlaħaq dan il-qbil fuq price cap għall-gass. “Kienet kważi misjoni impossibbli, imma wasalna”, stqarr mal-ġurnalisti.

Dan id-deal huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għall-Unjoni Ewropea.