Sport Sport Ieħor

Blackball: Jojo’s Birżebbuġa huma r-rebbieħa tal-Community Christmas Tournament

Jojo’s Birżebbuġa għelbu lil Valletta Fossa Boys 11-7 biex rebħu l-Community Christmas Trophy organizzata mill-Malta Blackball Federation.

Wara bidu bilanċjat, Jojo’s Birżebbuġa ħadu r-riedni tal-logħba f’idejhom fejn kellhom vantaġġ ta’ 8-2 favurihom.

Il-Beltin rebħu tliet frames konsekuttivi sabiex resqu viċin l-avversarji tagħhom, għalkemm ma sabuhiex faċli jilħquhom sabiex eventwalment tilfu 11-7.

Fi tmiem il-logħba, is-segretarju tal-MBF Christ Busuttil, ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Jojo’s Birżebbuġa Louis Gravina.