Lokali

“Din il-liġi ma tagħmilx sens ħlief biex jiddaħħal l-abort” – James Degaetano

“Il-professjonisti tas-saħħa li jipprattikaw f’Malta dejjem taw kura medika eċċellenti lin-nisa tqal….u din il-liġi li se temenda l-kodiċi kriminali ma tagħmilx sens ħlief sabiex jidaħħal l-abort f’Malta.”

Hekk saħaq James Degaetano, il- consultant pathologist li ilu jipprattika għal dawn l-aħħar 33 sena f’opinjoni li kiteb fil-gurnal Times of Malta, fejn sostna li f’Malta minħabba li l-kura tas-saħħa mogħtija lin-nisa tqal hija tal-ogħla livell, ir-rata ta’ mwiet ta’ nisa tqal hija waħda mill-inqas fid-dinja.

L-espert mediku tenna li d-dibattitu  dwar din l-emenda huwa problematiku għaliex huwa bbażat fuq informazzjoni ħażina.

James Degaetano qal li normalment f’każijiet rari fejn il-ħajja tal-omm tkun potenzjalment fil-periklu lejn l-aħħar stadji tat-tqala, il-professjoniti jwelldu it-tarbija b’mod naturali jew b’ċesarja, mhux isir abort.

Dan ix-xjenzat veteran saħaq li fi 33 sena kemm ilu jipprattika l-professjoni tiegħu, qatt ma kien hemm omm li tilfet ħajjitha għaliex ġie rrifjutat li ssir abort. Fit-Times, hu saħaq illi jista’ jagħti l-każ li mara tqila titlef ħajjitha minħabba ċertu kumplikazzjonijiet li jinqalgħu waqt it-tqala iżda dawn huma każijiet eċċezzjonali li jiġru darba f’mitt qamar.

James Degateano tenna li ħafna ma jafux li meta xi ħadd jagħmel abort hija aktar komuni li jibla xi infezzjoni u jitlet ħajtu …bl-istess mod kif ġara f’każ ta’ mara Irlandiża li mietet bis-sepsis. Huwa insista li ħadd qatt ma sema’ b’imwiet ta’ nisa li jkunu qed jisstenew tarbija u jkunu għadhom fl-ewwel stadju tat-tqala tagħhom.