Hekk kif ftit tal-ħin ilu, il-Gvern ħabbar li mil-lum 25,000 persuna li jaħdmu b’ħinijiet tax-xogħol atipiċi, il-Malta Police Union innotat li għall-darb’oħra l-Pulizija ġew kompletament injorati u stmati bħala klassi inferjuri.
F’post imtella’ fuq il-media soċjali, l-President tal-Malta Police Union Marlon Hili sostna li fi żmien il-pandemija, l-MPU saħansitra kellha tirrikorri għall-tilwima sabiex tieħu dak li kien jimmerita lil-Pulizija u tiġi stmata bl-istess mod li ġew stmati setturi oħra.
Marlon Hili jistaqsi “Jew inkella forsi l-Pulizija ħa jibdew jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, ħinijiet tal-uffiċju u l-festi id-dar mal-familji?”
//= $special ?>