Lokali

Ħabta bejn tliet vetturi fil-Marsa

Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Erbgħa filgħodu, il-Pulizija kienet mgħarrfa b’ħabta fil-Marsa-Ħamrun Bypass, il-Marsa, li fiha kienu nvoluti tliet vetturi, Maruti Zen, misjuqa minn Tarxiniż ta’ 76 sena, Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 26 sena mill-Fgura, u Peugeot 2008 misjuqa minn mara ta’ 36 sena mis-Siġġiewi.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u ambulanza ħadet ix-xufier tal-Maruti l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.