Sport Sport Ieħor

Hockey: Iżur pajjiżna l-kowċ Ingliż Ian Cordwell

Il-kowċ Ingliż tal-hockey Ian Cordwell fil-jiem li għaddew kien f’pajjiżna fejn wettaq sessjonijiet ta’ taħriġ ma’ Qormi Daikin.

Minbarra li segwa xi partiti mill-kampjonat lokali żar ukoll il-faċilitajiet fil-kumpless f’kordin.

Cordwell għandu 56 sena u hu bbażat f’Bath fejn mexxa diversi timijiet tal-irġiel kif ukoll jagħti sehmu fl-universita’ prestiġġjuża ta’ din il-belt.  

Hu kien ukoll Head Coach fil-Bristol Performance Centre u direttur f’diversi akkademji Ingliżi li jippromwovu dan l-isport.

Cordwell faħħar il-faċilitajiet f’Kordin kif ukoll il-klima ideali f’Malta fejn wieħed jista’ jwettaq training camps internazzjonali.

Din iż-żjara saret possibbli grazzi għal wieħed mill-plejers ta’ Qormi Daikin John Degiovanni li kellu kuntatt kontinwu ma’ Cordwell sakemm ġiet definita din iż-żjara uffiċjali.