White Hart taw battikata mhux ħażin lil Qormi Daikin, b’dawn tal-aħħar jirnexxielhom joħorġu rebbieħa 4-0 iżda sat-tieni qurater l-iskor kien għadu dak ta’ 1-0.
Il-Qriema għamlu ċert mir-rebħa fl-aħħar żewġ quarters hekk kif skorjaw tliet darbiet oħra. Il-gowls tal-Qriema waslu minn doppjetta Daniel Ellul u gowl kull wieħed ta’ Juan Sarcia u Zack Degiovanni.
Umpires kienu Shawn Mifsud u Edward Hughes.
Mill-hockey 9s, Marsaskala Summer Nights kellhom id-debutt uffiċjali b’tim tal-kbar u rnexxielhom iżommu lil Qormi Daikin fi draw ta’ 2-2.
Finalment mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Summer Nights għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 3-2.
//= $special ?>