Lokali

Il-bagalji minn Munich ma waslux mhux tort tal-ground handling f’Malta – Air Malta

Il-linja tal-Ajru Nazzjonali Air Malta ħasset il-ħtieġa li tiċċara l-fatt li s-sitwazzjoni tal-bagalji li ma waslux mill-ajruport ta’ Munich, fil-Ġermanja…lejn l-ajruport Malti f’Ħal Luqa mit-titjira li saret fl-14 ta’ Diċembru….mhux tort tal-ground handling operations f’Malta.

Dan hekk kif ġie spjegat li matul il-jum tal-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru, l-ajruport Ġermaniż sofra temp qawwi permezz ta’ borra qawwija, xita, u ċpar friżat għal tlett ijiem sħaħ…fejn irriżulta b’titjiriet ikkanċellati.

Ġie spjegat ukoll li mal-mument li t-titjiriet reġgħu lura dan kollu rriżulta f’backlog qawwi fejn ġie spjegat li tħallew mat-23,000 bagalja fil-Ġermanja.

AirMalta spjegat li mit-titjira partikolari tħallew 32 bagalja u saħqet li se tkun qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex tiżgura li l-bagalji mitlufa jiġu ritornati għand il-passiġġieri.