“Matul is-sena d-dieħla l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun ta’ spalla għall-kmamar tal-aħbarijiet u kif ukoll mal-imsieħba soċjali, bil-għan li jaħdmu mingħajr xkiel u fil-libertà li jixraqilhom.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif laqa b’mod informali fid-Dar Ċentrali lil diversi rappreżentanti ta’ kmamar ta’ aħbarijiet, unjins u Korpi Kostitwiti sabiex iwassalilhom l-awguri tiegħu għal żmien il-festi.
Bernard Grech saħaq li flimkien mad-Deputati Parlamentari Nazzjonalisti se jibqa’ jiżgura li leħen il-ħaddiem u ċ-ċittadin jasal, grazzi wkoll għalihom …u sforz ix-xogħol siewi li jwettqu għall-ġid tas-soċjetà Maltija.
Bernard Grech irringrazzja lil dawk preżenti għal ħidma kontinwa li jagħmlu fl-oqsma rispettivi tagħhom fejn ħafna drabi jkunu huma li jitkellmu dwar l-isfidi li jkun għaddej minnhom iċ-ċittadin, il-familji, u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Preżenti għal dan ir-riceviment kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino illi sostna li l-midja f’pajjiżna kienet għadha u tibqa’ essenzjali sabiex is-soċjetà tkun informata b’dak kollu li qed jiġri – b’mod ġust, ekwu u korrett.
//= $special ?>