Il-Ministru Miriam Dalli la wieġbet iva u lanqas le meta l-Erbgħa filgħodu, Net News staqsiha jekk kinitx se tivvota favur jew kontra l-emenda tal-Kodiċi Kriminal kieku kienet preżenti fil-Parlament it-Tnejn li għadda …. bil-Ministru tghid biss li hi konsistenti.
Dan filwaqt li rrepetiet ir-retorika li din mhix liġi tal-abort, meta l-esperti kollha qed jghid li l-Gvern irid idahhal l-abort mill-bieb ta’ wara permezz ta’ din l-emenda.
It-Tnejn li għadda l-Ministru ma setgħetx tattendi għas-seduta parlamentari minħabba li kienet Brussel f’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri. Apparti hi, anke Ian Borg ma kienx preżenti.
Għalhekk, erġajna saqsejna lill-Ministru Dalli biex tkun diretta u tgħidilna x’kienet lesta li tivvota dwar l-abort.
Għal kuntlarju ta’ dak li qaltilna l-Ministru Miriam Dalli, fl-aħħar ġimgħat ikkumentaw mijiet ta’ esperti mediċi, legali, akkademiċi varji, spiżjara u anke infermieri illi qalu li din l-emenda se daħħal l-abort f’pajjiżna.
Anke esponenti kbar tal-Partit Laburista bħal l-eks Ministru u President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca flimkien ukoll mal-eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat qed jgħidulu li din l-emenda hija waħda vaga u li se tkun qed idaħħal l-abort mill-bieb ta’ wara….kif ikkonfermaw dawk stess li qegħdin jikkampanjaw favur l-abort.
It-Tnejn li għadda 42 deputat tal-Labour ivvutaw favur il-liġi għat-terminazzjoni tat-tqala kif proposta mill-Prim Ministru Robert Abela – proposta li kif inhi miktuba, hi waħda vaga u li ma tippreżenta ebda limitu għall-abort.
//= $special ?>